Christina Magrin se tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest li din is-sena se jsir pajjiżna setss fl-20 ta’ Novembru li ġej.
It-tieni post intrebaħ mill-grupp ta’ tfajliet bl-isem ta’ Fusion, filwaqt li Lisa Marie Tabone kisbet it-tielet post.
F’Dar il-Mediterran ilbieraħ filgħaxija spikkat wirja tal-istilla Maltija Destiny li rebħet f’isem pajjiżna s-sena li għaddiet. Il-ġurija professjonali barranija irrimarkat dwar it-talent kbir eżebit u d-diffikultà tal-għażla.