L-Assoċjazzjoni Daniża tal-Futbol qalet kif Christian Eriksen huwa mqajjeb fl-Isptar. Dan wara li lbieraħ waranofshinar il-plejer tat-tim nazzjonali Daniż Christian kellu jiġi bżonn is-CPR hekk kif ikolassa waqt il-partita tal-Euro 2020 kontra l-Finlandja.
Il-UEFA qalet ukoll kif il-kundizzjoni ta’ Eriksen hija waħda stabbli.
Peter Moller, mill-Assoċjazzjoni Daniża qal kif it-tim kien f’kuntat ma’ Eriksen, hekk kif il-plejers tat-tim tiegħu kellmuh permezz ta’ telefonata virtwali.
X’ġara lbieraħ:
l-każ seħħ fit-42 minuta tal-partita meta l-plejer Daniż deher jiġri għall-ballun waħdu waqt throw-in u waqa’ waħdu u ntilef minn sensih.
Huwa ngħata l-ewwel assistenza medika mit-timijiet mediċi li kien hemm fil-ground fejn ftit tal-ħin wara nħareġ mill-pitch fuq stretcher. Huwa ttieħed ġo sptar speċjalizzat permezz t’ambulanza. Diversi plejers Daniżi dehru mbikkma imdawwra mat-timijiet mediċi li kienu qed jagħmlu minn kollox sabiex jerġgħu jagħtu l-ħajja lill-plejer.
Il-logħba, li kienet qed tintlagħab fil-Parken Stadium ġiet sospiża mill-UEFA bil-partitarji taż-żewġ timijiet dehru maħsuda b’dak li kien qed jiġri quddiem għajnejhom.
Il-logħba bejn id-Danimarka u l-Finlandja kompliet titlagħab.
L-aġent tal-plejer Daniż, Martin Schoots qal kif huwa kellem lil missier il-plejer u qallu li Eriksen mhuwiex fil-periklu u qiegħed jikkomunika
Kienu bosta timijiet u plejers minn madwar id-dinja li urew is-sapport tagħhom lejn Christian Eriksen, fosthom il-klabb li jilgħab miegħu Eriksen, dak ta’ Inter.
AQRA WKOLL:
https://www.one.com.mt/2021/06/12/bil-filmat-christian-eriksen-jispicca-jinghata-cpr-waqt-il-loghba-tal-euro-2020/