Il-Ħadd, 1 ta’ Diċembru, Island Car Club organizza it-tmien u l-aħħar rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb fl-Imtahleb. Sfortunatament, wara l-isforzi kollha tal-organizzaturi u l-kompetituri, it-tellieqa kellha tiġi abbandunata minħabba l-maltemp.
Dan fisser li r-riżultati finali, kif imħabbra wara s-7 round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb li sar fl-24 ta’ Novembru fil-Baħrija, issa huwa r-riżultat definittiv tal-kampjonat.
Christian Azzopardi rebaħ il-kampjonat b’45 punt, segwit minn Terence Vella b’40 punt u Mark Micallef b’35.
Il-kampjonat kien sponsorjat minn England Insurance, Enemed, Welbee’s Supermarket, The Point u MeDirect.
Island Car Club irringrazzja ukoll lill-Kunsill Lokali tar-Rabat, lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, lill-Kunsill Lokali tax-Xagħra u lill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi għall-kooperazzjoni u l-appoġġ sħiħ tagħhom matul il-kampjonat.