Il-plejer tal-futbol, Christian Atsu nstab mejjet taħt it-tiġrif fit-Turkija wara t-terremot li ħasad il-ħajja ta’ eluf fis-6 ta’ Frar li għadda.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Atsu mill-Ghana kellu biss 31 sena, u kien jilgħab mal-klabbs ta’ Chelsea, Newscastle u Everton, qabel ma beda’ jilgħab mat-tim Tork, Hatayaspor.
L-aġent tiegħu ħabbar il-mewt tal-plejer fuq Twitter, u huma bosta li qed jagħtu l-kondoljanzji tagħhom.
S’issa, mietu aktar minn 42,000 persuna fit-terremoti, u miljuni ta’ persuni oħra jinsabu bla dar.