Christabelle tinsab f’Lisbona sabiex tinġibed il-kartolina li se tintroduċi l-kanzunetta ta’ Malta għall-Eurovision Song Contest li ġej.
Ir-rappreżentanti mill-pajjiżi parteċipanti li bdew jintgħażlu f’pajjiżhom qed imorru fil-kapitali Portugiża, il-belt ospitanti tal-Eurovision 2018.
Permezz tal-paġna tagħha fuq facebook, Christabelle Borg li kmieni dan ix-xahar kisbet rebħa mpressjonanti fis-selezzjoni Maltija, qalet li qiegħda fil-Portugall.
Fil-jiem li ġejjin, Christabelle mistennija wkoll tirritorna f’Malta u jibda l-ġbid tal-vidjo mużikali ta’ Taboo. Hija mistennija wkoll iddur numru ta’ pajjiżi fl-Ewropa.
Dan bħala parti mill-kampanja ta’ promozzjoni li l-ambaxxatriċi Maltija se tagħmel qabel il-Eurovision.