L-eksMinistru Chris Said sfidana biex nistidnuh fuq ONE b’rabta mal-każ tal-art fin-Naxxar fejn lejliet elezzjoni ġenerali abbanduna proġett soċjali biex jagħtih lill-privat. Qalilna li ried jiġi biex iwieġeb u għaliex ċerti minn dak li qed nirrapportaw stedinieh għal intervista li se tixxandar b’mod sħiħ fi NEWS.MT, qabel l-aħbarijiet.
F’din l-intervista l-eks Ministru Chris Said ma tantx wieġeb mistoqsijiet u kkonferma li d-deċiżjoni tiegħu ma kelliex il-barka tal-bord tal-awtorità tad-djar. Fil-filmat hawn fuq jidher Chris Said jaħrab mistoqsija sempliċi, filwaqt li fil-filmat ta’ isfel naraw il-konklużjonijiet li joħorġu minn dan il-programm.