Id-Deputat Nazzjonalista Chris Said oppona b’qawwa kbira għal tweġiba li ta llejla fil-Parlament il-Ministru għall-Ġustizzja u Ugwaljanza Edward Zammit Lewis dwar każi ta’ vjolenza domestika.
L-oppożizzjoni ta’ Chris Said seħħet fi tmiem tweġiba li ta Zammit Lewis għall-mistoqsija tal-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield li staqsih għar-reazzjoni tiegħu dwar l-omiċidju li ħasad il-ħajja ta’ omm ta’ 34 sena.
Fit-tweġiba tiegħu Zammit Lewis spjega l-impenn tal-Gvern kontra l-vjolenza domestika kif ukoll dwar il-ħidma li saret u dik li trid issir dwar dan is-suġġett tant delikat.
Minkejja dan Chris Said qal għal aktar minn darba li b’din it-tweġiba Zammit Lewis “irriduċa” l-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari.