Chris Portelli, missier ta’ żewġt tifal, huwa l-vittma li miet wara li sofra ġrieħi serji meta waqa’ madwar ħames filati minn sellum fl-impjant ta’ Delimara. L-inċident seħħ l-għada tal-Milied għall-ħabta tat-15:00 waqt li kien qed iwaħħal sistema tal-arja kundizzjonata f’parti mill-bini tal-impjant. Huwa kellu biss 45 sena.
Fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, l-Għaqda Madonna tal-Grazzja San Mikiel wriet sogħba kbira għal din it-telfa ta’ soċi attiv. Huma spjegaw ukoll li kien eks membru tal-Kummissjoni Żgħażagħ u tal-Kumitat Ċentrali u voluntier kbir tal-Għaqda.
Dwar dan il-każ għaddejja inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2019/01/02/imut-ir-ragel-li-waqa-minn-fuq-sellum-fl-impjant-ta-delimara/