Lura f’pajjiżna l-kantant tal-Grupp leġġedarju Smokie, Chris Norman għall-kunċert Summer LUST, li se jkun qed jittella fil-Grounds ta’ Ħal-Għaxaq, nhar id-9 ta’ Mejju.
Il-Kantant Chris Norman flimkien mal-grupp tiegħu se jkunu qed jagħmlu prestazzjoni ta’ siegħa u nofs fejn se jkunu qed jinkludu wħud mill-kanzunetti tant popolari, fosthom living next door to Alice, Needles and Pins, Oh Carol, Don’t play your rock n roll to me, I’ll meet you at midnight u ħafna oħrajn.
Chris Norman huwa l-vuċi oriġinali tal-grupp Smokie, iżda anke fil-karriera ‘solo’ tiegħu kieseb diversi suċċessi bil-kanzunetti Baby I miss you, Mexican Girl u Midnight Lady.
Id-Dħul għal din is-serata huwa b’xejn, filwaqt li se jinġabru d-donazzjonijiet b’risq Dar Bjorn. Il-Biljetti għal dawk li jixtiequ postijiet bil-qiegħda u VIP jistgħu jinkisbu mis-sit www.showshappening.com.