Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne żar it-tieni dipartiment t’emergenża li ser jintuża għall-każijiet mhux relatati mal-coronavirus.
Dan huwa t-tieni dipartiment tal-emerġenza li nfetaħ din il-ġimgħa wara li f’Malta feġġet il-coronavirus.
Din l-emerġenza l-ġdida tinsab fuq in-naħa ta’ wara tal-isptar Mater Dei, fl-entratura minn naħa tal-kampus tal-Università.
Chris Fearne kien spjega li dan il-pass sar bil-għan li pazjenti ma jitħalltux waqt li jkunu qed jistennew sabiex jirċievu kura u bħala miżura addizzjonali ta’ serħan il-moħħ għal dawk li jkollhom bżonn jidħlu l-emerġenza u ma jkollhomx sintomi tal-Covid-19.
Fil-fatt l-emerġenza l-antika qed tintuża biss għall-pazjenti li huma suspettati li jista’ jkollhom il-coronavirus.