Il-Ministru tas-saħħa Chris Fearne tefa’ n-nomina tiegħu għall-ħatra ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament. Kariga li sservi ukoll bħala Deputat Prim Ministru.
Il-ħatra tħalliet vakanti mill-ex Deputat Prim Ministru Louis Grech. In-nomini bdew jintlaqgħu mill-bieraħ u se jibqgħu jintlaqgħu sa għada 22 ta’ Ġunju fis-6.00pm.