Chris Fearne kiteb lill-Prim Ministru fejn sostna li hu se jkun qed jieqaf minn kariga ta’ Deputat Prim Ministru u biex il-Gvern ma jkomplix bin-nomina tiegħu għal Kummissarju Ewropew.
Dan qed jagħmlu mhux għax għandu dubju mill-innoċenza tiegħu fuq akkużi wara l-inkjesta marbuta mal-konċessjoni tal-isptarijiet.
Fl-ittra tiegħu, Fearne ċaħad b’mod kategoriku l-akkużi fuqu u semma li anki l-Awditur Ġenerali, f’rapporti mqar ma jsemmi l-ebda forma ta’ akkużi jew ħtija fil-konfront tiegħu.
Qal li l-akkużi kontrih huma inġusti u jħares ’il quddiem li jnaddaf ismu b’mod spedit fi proċess ġudizzjarju.
Qal li l-Qorti, tfittex kemm tfittex fuqu mhu se ssib xejn għajr l-innoċenza tiegħu.
Qal li hu dejjem qeda dmiru b’rettezza.
Fearne rringrazzja lill-Prim Ministru tal-fiduċja murija fih u tal-opportunità li tah biex iservi lil Malta u lill-poplu.
Sostna li kien l-akbar unur ta’ ħajtu li jagħmel dan.
Temm jgħid li jixtieq li l-proċess ġudizzjarju jitmexxa b’mod spedit ħalli jekk pajjiżu jerġa’ jsejjaħlu, ikun f’pożizzjoni li jservih.
AQRA AKTAR: