L-eks Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne kiteb lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga dak li ddeskriva bħala frame-up fuqu, kemm tħallsu flus biex iseħħ dan u x’kienu l-montivazzjonijiet.
Huwa stqarr dan permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali, fejn qal kif f’dak li kiteb lill-Kummissarju tal-Pulizija għamel refernza għal email preċedenti fis-6 ta’ Ġunju fejn kien talab li jiġu nvestigati allegazzjonijiet qarrieqa fil-konfront tiegħu biex skontu itappnulu r-reputazzjoni.
Qal ukoll li kien għamel refernza għall-ittra tas-Supretendent James Grech li kien informah li l-investigazzjonijiet irriżultaw kif l-allegazzjonijiet fuq Fearne kienu foloz. Apparti minn hekk, Chris Fearne kien talab biex jiġi nvestigat s-sors oriġinali, li iżda kienu ma taw l-ebda riżultat.
Fearne temm jgħid, “Il-kontenut ta’ l-artikoli mtella’ l-bieraħ jitkellem waħdu u jidher ċar min huwa s-sors ta’ dan il-qerq. Tlabt ukoll lill-Kummissarju jinvestiga dak li qed jingħad f’dawn l-artikoli u, fl-eventwalità li dak li qed jingħad jirriżultalu li huwa korrett, iressaq lill-persuni konċernati mill-aktar fis possibbli.”
Aqra wkoll: