Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, inħatar Viċi Chairman tal-Global Leaders Group dwar ir-reżistenza għall-mikrobi.
Dan il-grupp jinkludi fih kapijiet ta’ stati, Ministri jew eks Ministri, u uffiċjali tal-Gvern minn madwar id-dinja.
Fuq Twitter, id-Direttur Reġjonali għall-Ewropa tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, Hans Kluge, feraħ lil Mr Fearne għal din il-kariga u qal li se jaħdem mal-Ministru għas-Saħħa Malti biex tiġi indirizzata t-tema tal-antibijotiċi.