Fi tmiem is-seduta parlamentari tal-Ħamis filgħaxija l-Memebru Parlamentari u Deputat Mexxej tal-Partit Laburista preżenta l-ittra ta’ riżenja lill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti.
Dr Cardona qal li huwa daħal fil-Parlament meta kien għadu kif għalaq 24 sena u saħaq li mingħajr dispjaċir qeda dmiru bl-aħjar mod possibbli.
Dr Cardona żied jgħid li huwa serva taħt tlett mexxejja Laburisti, ħames Prim Ministri u ħames Speakers differenti.
Qal li hu qed iħalli dan il-Parlament lejliet Jum il-Ħaddiem, ġurnata li hija importanti ferm għalih.