Il-Ministru għall-Ekonomija, Investimenti u Intrapriżi Żgħar, Chris Cardona, attenda Kunsill tal-Kompettività Informali f’Helsinki fejn flimkien ma’ rappreżentanti ta’ pajjiżi oħra ddiskutha kif l-Unjoni Ewropea tista’ toħloq tkabbir sostenibbli, kompetittività u l-prosperità fil-futur.
L-Unjoni Ewropea bħalissa qiegħda tħabbat wiċċha ma’ trasformazzjoni diġitali, avvanzi teknoloġiċi mgħaġġlin, kompetizzjoni internazzjonali u t-tindil tal-klima. B’hekk l-Unjoni trid tagħmel ħilitha sabiex tikkunsidra modijiet ġodda li jwasslu għal tkabbir ekonomiku, soċjali u ekoloġiku.
Il-Ministru Cardona ħa sehem f’diskussjonijiet li jikkonċernaw id-dimensjoni esterna tal-kompetittività fl-Unjoni Ewropea. Il-Ministri ddiskutew il-miżuri li għandhom jittieħdu biex nassiguraw pjattaforma ġusta li ma tiżvantaġġa l-ebda membru.
Cardona emfasizza l-importanza li l-istrateġija tal-miżuri industrijali tista’ tagħmel biex issaħħaħ is-suq globali filwaqt li tikkumplimenta l-miżuri fil-qasam tal-enerġija u l-ambjent.