Chris Cardona huwa d-deputat mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista. Huwa kiseb 389 vot, jiġifieri 53.3% tal-appoġġ tad-delegati.
Cardona twieled fl-1972, gradwa ta’ nutar u iktar ’il quddiem kiseb id-dottorat fil-liġi mill-Università ta’ Malta u anke kiseb masters fil-liġi marittima.
Cardona, ilu jimmilita fil-Partit Laburista sa mill-1996, meta kien elett għall-ewwel darba fil-Parlament meta il-Partit Laburista reġa sab ruħu fil-Gvern.
Reġa’ kien elett fl-1998, fl-2003, l-2008 u l-2013,
f’leġiżlatura li fiha nħatar bħala Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u l-Intrapriżi ż-żgħar.
F’dan iż-żmien dejjem iddefenda l-interessi tal-Partit Laburista u ta’ dawk li sofrew inġustizzji tul iż-żmien.
Matul il-leġiżlatura li għaddiet serva bħala kelliem għall-industrija, self employed u għall-investiment dirett barrani.
Serva wkoll bħala membru fil-Kumitat Parlamentari meta Malta applikat biex tissieħeb membru fl-Unjon Ewropea.
Il-Ministru Chris Cardona għandu erbat itfal.
Tefa’ n-nomina tiegħu għal deputat mexxej tal-Partit Laburista flimkien mal-Ministru Owen Bonnici u Dr Stefan Zrinzo Azzopardi.