Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, Dr Chris Cardona, se jirriżenja minn Membru Parlamentari.
Fi stqarrija, il-Partit Laburista rringrazzja lil Cardona għall-ħidma li dejjem wettaq fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi u tan-nies li huwa jirrapreżenta.
Chris Cardona ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament fl-1996. Huwa serva wkoll bħala Ministru għall-Ekonomija bejn l-2013 u l-2019.
Dr Chris Cardona se jżomm il-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit tal-Partit Laburista.