Il-kantant Amerikan Chris Brown inħeles mill-arrest f’Pariġi wara li kien spiċċa arrestat fuq suspett ta’ stupru. Il-Pulizija arrestawh fil-kapitali Franċiża wara li mara ta’ 24 sena allegat li Brown stupraha. Miegħu ġew arrestati żewġt irġiel oħra li kienu kompliċi fl-istupru.
Huwa baqa’ jinsisti li dawn l-allegazzjonijiet mhux minnhom.