Il-kantant Amerikan Chris Brown spiċċa arrestat fi Franza fuq akkużi ta’ stupru. Uffċjali tal-Pulizija f’Pariġi qalu li miegħu qed jinżammu arrestati wkoll l-uffiċjal tas-sigurtà tiegħu u żewġ membri mit-tim tiegħu.
Jidher li mara ta’ 24 sena qed tallega li Brown stupraha jiem ilu wara li ltaqgħu fi stabbiliment tad-divertiment f’Champs-Élysées. Il-mara segwiet lill-kantant lura lejn il-lukanda tiegħu fejn seħħ l-inċident. Hija qalet ukoll li żewġ memrbi mit-tim tiegħu wkoll abbużaw minnha.