Fil-Qorti kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront tal-aħwa Adrian u Robert Agius, magħrufa bħala Tal-Maksar, Jamie Vella u George Degiorgio, li huma mixlija bil-qtil tal-Avukat Carmel Chircop fl-2015 u ta’ Daphne Caruana Galizia fl-2017.
Wieħed mix-xhud f’din il-kumpilazzjoni kien Etienne Cassar, l-eks Direttur ta’ MORE Supermarket, li qal kif wieħed mill-aħwa tal-Maksar xtara ħanut mill-kumpanija li kienet tmexxi l-kumpanija tas-Supermarkets.
Intqal kif l-Avukat Carmel Chircop ma kienx involut f’dan il-bejgħ iżda kellu konvenju fuq dan il-ħanut u ried li Cassar jieħu ħsiebu.
L-Avukat Chircop qal li ried €600,000 għal dan il-ħanut, iżda qatt ma ġie mħallas.
Etienne Cassar xehed kif Chircop qatt ma qallu xejn fuq dan id-dejn.