L-Ispiker tal-Parlament Anġlu Farrugia irid li sal-aħħar ta’ din is-sena tinfetaħ faċilità ta’ childcare għall-Membri Parlamentari u l-istaff tal-Parlament.
F’intervista ma’ ONE News Farrugia qal li huwa inaċċettabbli l-fatt li wieħed jappella biex iktar nisa biex jidħlu fil-politika, iżda imbagħad ma jkollhomx il-faċilitajiet neċessarji.
L-ispeaker qal li diġa’ kellu laqgħat pożittivi mad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u l-Ministri Evarist Bartolo, Helena Dalli u Owen Bonnici.
Fisser kif dan għandu jkun ċentru li jintuża mhux biss mill-membri parlamentari u anke l-istaff tal-Parlament.
Peró waħda mill-isfidi li hemm hija l-post, għaliex minkejja li l-parlament milux mibni fit-tfassil tiegħu ċentru ta’ dan it-tip ma’ kienx ikkunsidrat.
Anglu Farrugia tkellem kif ma’ din hemm diversi riformi li jixtieq jara fosthom fil-ħinijiet tal-Parlament. Argumenta li ilu jappella għall-ħinijiet aħjar, waqt li ddeskriva l-ħinijiet preżenti bħala medjokri.