Fit-tazza tad-dinja tal-isparar li qiegħda ssir f’Baku, l-Ażerbajġan, it-tiratur Malti William Chetcuti rebaħ il-medalja tad-deheb.
B’hekk Chetcuti reġa’ ikkonferma l-qawwa tiegħu fil-kompetizzjoni double trap. Biex kiseb l-ewwel post, Chetcuti kellu sfida kbira mit-Taljan Marco Innocenti u ċ-Ċiniż Mo Junjie. Fl-ewwel round laqat 139 minn 150 plattina, fis-semifinali 29 minn 30, u fil-finali 28 minn 28, bħal ma laqat Innocenti.
Dan fisser li Chetcuti u Innocenti marru għal dik li tissejjaħ shoot off, bil-Malti jżomm il-kalma, jiffoka fuq il-plattina u jġib fix-xejn l-isfida tat-Taljan. Biex hekk, it-tħejjijiet għall-Olimpjani ta’ Rio fi ftit ġimgħat, komplew b’mod mill aqwa. William Chetcuti huwa atleta sponsorjat mill-Armata u Sport Malta.