It-Tiratur Malti William Chetcuti jinsab f’Rio, il-Brażil, fejn se jirrapreżenta lill-Malta fl-Olimpjadi. L-ewwel debut ta’ Chetcuti f’ dawn l-Olimpjadi se jkun nhar il-Ħamis 10 ta’ Awissu. L-akbar suċċess għal Chetcuti fl-Olimpjadi kien it-tmien post.
Chetcuti ser jipparteċipa f’ dan il-kampjonat wara s-suċċess tiegħu f’ Ġunju li għadda fejn rebaħ midalja tad-deheb fit-Tazza tad-Dinja tad-Double Trap tal-ISSF f’ Baku l-Ażerbaijan.
It-Tiraturi Malti li għandu 31 sena kien rebaħ ukoll it-Tazza tad-Dinja tal-2011 dak iż-żmien f’ Beijing iċ-Ċina u fl-2004 rebaħ il-Kampjonat Ewropew ta’ taħt id-dsatax il-sena fejn hemmhekk kiser rekord dinji.
Chetcuti jibqa’ wkoll l-ewwel tiratur Malti li rebaħ midalja f’ Tazza tad-Dinja. It-Tiratur ta’ suċċess William Chetcuti kien rebaħ żewġ midalji tal-Bronż fil-logħob tal-Commonwealth tal-2002 u l-2006.
https://www.youtube.com/watch?v=L_wGK6dQ17Y