Il-kunsill għall-investiment fil-migrazzjoni ma sab l-ebda ksur ta’ etika mid-ditta legali Chetcuti Cauchi u b’hekk neħħa s-sospensjoni tas-sħubija tal-avukat Dr Jean-Philippe Chetcuti minn dan il-kunsill.
Lejn tmiem is-sena l-oħra, id-ditta legali Chetcuti Cauchi laqgħet il-konklużjonijiet tar-rapport investigattiv tar-Regolatur tal-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment li wera ċar daqs il-kristall li l-allegazzjonijiet mill-ġurnalist Franċiż tal-programm M6 kienu foloz.
Ir-rapport kien innota li d-ditta legali Chetcuti Cauchi qatt ma ppruvat tinfluwenza xi Ministru tal-Gvern sabiex tagħti vantaġġi lil xi klijenti fil-programm ta’ ċittadinanza b’investiment.