Il-plejer ta’ 12-il sena taċ-Chess lokali Nick Calleja Urry spiċċa fis-sitt post minn 113 plejer waqt it-23 edizzjoni tal-International Chess Festival li sar f’Saint-Lô fi Franza.
Nick ħa sehem fil-kategoria U12-sezzjoni 1400 u kellu avversarji ġejjin minn Franza, l-Litwanja, in-Niġerja u r-Republika Ċeka.
Waqt il-11 -il round, Nick kellu 7 rebħiet , 2 draws u 2 telfiet. Huwa kellu sitt logħbiet infila mingħajr telfa.
Nick Calleja Urry beda l-karriera tiegħu fiċ-Chess meta kien għad kellu 5 snin. Huwa mhux ġdid għall-parteċipazzjoni f’kompetizzjonijiet importanti barra minn xtutna. Nick irrapreżenta lill-pajjiżna darbtejn fil-European Youth Chess Championships fl-2019 u 2022.
Huwa se jerġa jieħu sehem f’dan il-kampjonat ewropew din is-sena fl-edizzjoni li se ssir f’Settembru f’Mamaia ir-Rumanija.