Cherise Farruġia rebħet il-Kampjonat Ewropew għal sewwieq amateurs tan-Nisa li sar fil-korsa taż-żwiemel il-Marsa l-Ħadd wara nofs-in nhar.
Farruġia irnexxielha tagħmel dan hekk kif fi tliet tiġrijiet minn erba’ hija kisbet rebħa, tieni post u raba’ post. Il-Kampjonat jiġi organizzat mill-FEGAT European Trotting Amateur Drivers Federation u sar f’Malta għall-ewwel darba. Din kienet l-40 edizzjoni ta’ dan il-kampjonat u fih ħadu sehem sewwieqa minn 13-il pajjiż ewropew differenti.
Dak tal-Ħadd kien it-tieni avveniment internazzjonali ta’ importanza li sar f’pajjiżna fi żmien sitt xhur grazzi għal EquestriMalta u l-Malta Racing Club.


