Antonio Conte mhux se jiġi imkecci minn manager ta ‘ Chelsea wara li l-bierah it-tim tiegħu qala’ tkaxkira kontra Watford bl-iskor ta’ 4-1. Għalihom din kienet it-tieni telfa infila.
Huwa mifhum l-pożizzjoni tiegħu ma ġietx diskussa fid-dawl tar-riżultat diżastruż fil-logħba tal-bieraħ u anke għaliex il-players ġew mogħtija tlett ijiem mistrie.
Sorsi fi Stamford Bridge qalu li Chelsea jibqgħu fl-ewwel erbgħa u fil-kampjonat u għadhom fil-Uefa Champions league u l-FA Cup u ghalhekk ma hemmx bzonn bidla.
Chelsea jiltaqgħu kontra West Btrom fil-Premiership nhar it-Tnejn u fi 16 ta` Frar jilgħabu fil-ħames round ta’ l-FA Cup kontra Hull City. Wara, huma għandhom tour de force b’żewġ logħbiet kontra Barcellona fic-Champions League u tnejn away kontra t-timijiet ta` Manchester, United u City fil-Kampjonat.
Antonio Conte min-naħa tiegħu qal li wara prestazzjoni bħal dik tal-bieraħ l-inqas li jimpurath huwa jekk hux ser jibqa kowċ jew le. Huwa qal li jekk il-klabb jaħseb li mhux qed jagħmel xogħol tajjeb, jista’ jiddeċiedi u jwaqqfu.
Anke il-captain Gary Cahill qal li l-players għandhom jerfgħu ir-responsabilitajiet tagħhom għal dak li ġara il-bieraħ.