Cheetah, il-fekruna ta’ 15-il sena li nstabet fil-baħar, wara li kkunsmat skart tal-plastik, reġgħet ġiet rilaxxata fil-baħar, mill-Wildlife Rehab Project, wara sitt xhur ta’ kura.
Il-Wildlife Rehab Centre Project, huwa operat minn Nature Trust Malta bis-sapport finanzjarju tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.
Cheetah kienet instabet nhar il-ħmistax ta’ Diċembru tas-sena l-oħra.
Hija kienet ġiet salvata u ttieħdet fiċ-ċentru tar-rijabilitazzjoni.
Hija ġiet irrilaxxata fil-Bajja tal-Ġnejna u hija l-ewwel fekruna li ġiet rilaxxata wara li ġiet salvata.
Ħames t’ifrieken huma mistennija li jiġu rilaxxati aktar tard din is-sena.
Il-Kap Eżekuttiv u l-President tan-Nature Trust Malta, appella lis-sidien tad-dgħajjes sabiex isuqu b’kawtela, hekk kif dawn jistgħu jikkawżaw diversi inċidenti.
Il-Kap Eżekuttiv tal-ERA, Kevin Mercieca, semma kif l-Awtorità tagħmel addottat diversi strateġiji sabiex jitnaqqas l-iskart u jiġi protett b’mod aħjar l-ambjent Malti.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit era.org.mt jew naturetrustmalta.org