Myles Beerman huwa żagħżugħ li jilgħab mat-tim Nazzjonali Malti, u li se jiddebutta ma’ Glasgow Rangers fl-Iskozja.
Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena ingħaqad ma’ Glasgow Rangers fis-sajf tal-2016, wara sentejn jilgħab ma’ Manchester City li xtrawh mit-tim Floriana.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, kien Pedro Caixinha, il-kowċ tat-tim Skoċċiż, li żvela l-aħbar.
Bla dubju llejla, l-logħba kontra Kilmarnock se jkun mument li ż-żagħżugħ se jibqa jiftakru. Laqtitna b’mod partikolari l-kitba “chasing the dream” fuq il-paġna Facebook ta’ Beerman.