It-tieni tellieqa, fis-sensiela ta’ tliet tlielaq tal-Eurosport BSJ 5k Road Running Series saret iktar kmieni din il-ġimgħa fl-Imtarfa u laqgħet fostha kważi mitt atleta.
Ir-riżultat ta’ Charlton Debono juri li hu wieħed mill-aqwa atletli f’Malta bħalissa. Il-prestazzjoni tiegħu ratu mhux biss jirbaħ it-tellieqa iżda wkoll jikser ir-rekord tiegħu stess, rekord li kien stabbilit lura fl-2018.
Debono kien fuq quddiem mill-bidu nett u żamm distanza komda matul ir-rotta ta’ ħames kilometri. Debono rregistra ħin impressjonanti ta’ ħmistax-il minuta erba’ sekondi.
Wara Debono kien hemm battalja mill-qrib għat-tieni u t-tielet post. Iż-żagħżugħ triatleta Malcolm Vassallo, frisk minn prestazzjoni tajba fit-tellieqa Sprint Triathlon li saret il-Ħadd ta ’qabel kellu bidu tajjeb ħafna. Madankollu, huwa kellu kompetizzjoni tajba minn atletli ta’aktar esperjenza bħal Matthew Xuereb, Neil Brimmer, Imed Ben Moussa u Aidan Tanti. L-aħħar tnejn kellhom dwell simili bħall dik li kellhom fl-ewwel tellieqa. Xuereb ħareġ bil-mod fuq quddiem sabiex jieħu t-tieni post f’16-il minuta u 29 sekonda. Warajh kien Neil Brimmer, li assigura t-tielet post. Brimmer irreġistra titjib sostanzjali fuq it-tellieqa ta’ qabel.
Tara Abdilla, ir-rebbieħa tal-aħħar tellieqa, reġgħet ħadet il-vantaġġ. Hija kienet l-ewwel mara u rreġistrat ħin imtejjeb ta’ ħmistax-il sekonda fil-proċess. Minuta u tlettax-il sekonda wara, Francesc Arrigo, għelbet lil Hili bi dsatax sekonda distakk biex tieħu it-tieni post.
Medalji lir-rebbieħa ġew ippreżentati mill-President tal-Birkirkara St. Joseph Sports Club Raymond Grech.
It-tellieqa li jmiss hija skedata li sseħħ nhar it-Tlieta 11 ta ’Awwissu fil-By Pass tal-Imtarfa fis-7pm.