Post ta’ waħda mill-aktar leġġendi antiki ta’ Malta, il-Maqluba fil-Qrendi ospitat l-edizzjoni inawgurali tal-Intersport 5km u 10km Road Running Series il-Ħadd filgħodu.
Wara li bniet reputazzjoni ta’wħud mill-aktar rotot attraenti għat-tlielaq f’Malta, l-Edizzjoni tal- Intersport Maqluba pprovdiet lill-atleti l-kombinazzjoni t-tajba ta’ rotta ta’ sfida iżda xenika f’waħda miż-żoni possibbilment inqas magħrufa ta’ Malta.
Charlton Debono ħareġ rebbieħ tat-tellieqa tal-10 kilometri, wara li poġġa lilu nnifsu fuq quddiem net mill-ewwel u stabbilixxa l-pass għar-rotta li bdiet b’tlajjaq fl-ewwel ftit metri. Wara Debono kien hemm Matthew Xuereb li wkoll kien f’forma tajba u ta wirja determinata biex spiċċa fit-tieni post. Warajhom fit-tielet post kien Juan Pablo Ruiz.
Intant fil-kategorija tan-nisa Catherine Chetcuti ħadet vantaġġ immedjat b’Dzintra Grech u Charyl Fava warajha. Grech kienet fit-tieni post wara l-ewwel ħames kilometri iżda spinta minn Fava ftit wara l-5 kilometru ratha taqbziha biex spiċċat it-tellieqa fit-tieni post.
It-tellieqa ta’ 5 km kienet ukoll affari kompetittiva ħafna b’Mark Herrera determinat għal rebħa, wara li kellu jitlef ftit tlielaq minħabba injury. Jean Claude Randon ta rendikont tajjeb ta’ lilu nnifsu wara Herrera biex spiċċa t-tellieqa tnax-il sekonda warajh. Ingħaqad fuq il-podju fit-tielet post kien Neil Brimmer, seba’ sekondi biss wara Randon. Maria Attard kienet ta’ quddiem f’din it-tellieqa. Hi kienet segwita minn Charla Pia Vella u Nadia Mifsud li daħlu fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.
It-tim tal-Intersport Maqluba Edition jixtieq jirringrazzja lill-Kunsilli Lokali tal-Qrendi, l-Imqabba u ż-Żurrieq, kif ukoll lill-Pulizija tad-distrett u lil Transport Malta tal-appoġġ tagħhom lejn dan l-avveniment.
Ir-Riżultati tat-Tlielaq jistgħu jinstabu permezz ta’ din il-link – https://my.raceresult.com/197192/