Charlo Zammit irreġistra l-ewwel rebħa tiegħu hekk kif rebaħ it-tielet round tal-Kampjonat Nazzjonali Autorcross 2022/23, meta irnexxilu jegħleb lil Karl Micallef, t-tnejn fuq Opel Corsa.
Justin Buttigieg daħal fit-tielet post fuq Opel Nova segwiet minn Daniel Micallef fuq Opel Corsa, Andrew Pisani fuq Opel Nova u Terence Azzopardi fuq Opel Tigra.
Joseph Micallef rebaħ Finali B fuq Opel Corsa segwiet minn Nickovich Chircop fuq Peugeot 106, Joseph Spiteri fuq Opel Corsa, Dorianne Galea fuq Ford Fiesta, Isaac Agius fuq Opel Corsa u Noel Zammit fuq Fiat Punto.
Ir-raba’ round tal-Kampjonat jittella’ nhar il-Ħadd 26 ta’ Frar, il-programm jibda fil 11am.