Charlo Lautier minn Buġibba ġie liberat fi stadju tal-Appell. Dan wara li f’Lulju li għadda kien instab ħati fuq frodi ta’ benefiċċji soċjali u li organizza ġiti għal diversi gruppi mingħajr il-liċenzja meħtieġa.
Fl-Appell, l-Imħallef Edwina Grima qalet li l-prosekuzzjoni ma provdietx biżejjed provi. Fost l-oħra l-Qorti tal-Appell qalet li l-Prosekuzzjoni kellha tipprova illi fil-mument li Lautier applika għall-benefiċċju tal-qgħad huwa kien qed jaħdem.
Sostniet ukoll li għalkemm huwa ħa xi nies għal ġiti prinċipalment fi Sqallija, il-Prosekuzzjoni naqset ukoll li tipprovdi provi li għamel il-qliegħ. Sussegwentament huwa kiseb il-liċenzji meħtieġa biex jieħu gruppi għal ġiti.