Ħmistax -il elf ewro fi flus kontanti mhux dikjarati kien interċettati mill-kelb Charlie wara li ta indikazzjoni pożittiva meta xamm bagalja fis-sala tat-tluq fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Apparti hekk, Charlie rnexxielu jiskopri aktar flejjes fuq tliet passiġġieri Maltin li kienu ser jivjaġġaw.
Waqt tfittxija nstab li raġel kien qed iġorr tnejn u għoxrin elf ewro fil-ġakketta tiegħu filwaqt li kellu elf, mitejn u tletin ewro fil-kartiera.
Dan filwaqt li martu kienet qed iġġorru tliet mija, ħamsa u ħamsin ewro fil-basket tagħha.
Il-mara li kienet qed tivjaġġa wkoll mat-tifla tagħha ma ngħataw l-ebda multi iżda r-raġel ingħata ċ-ċans li jirriżolvi s-sitwazzjoni barra l-qorti u ngħata multa.