Tobba Ingliżi ngħataw permess iwaqqfu l-magni li qed iżommu lil Charlie Gard ħaj.
Charlie għandu tmien xhur u għandu brain damage irriversibbli. Minkejja dan, il-ġenituri tiegħu, Connie Yates u Chris Gard minn Londra, riedu jieħduh l-Istati Uniti għal trattament speċjali.
Hi u tigħata s-sentenza fil-Qorti l-Imħallef qal li għamel id-deċiżjoni b’diffikultà kbira imma b’mod konvint għall-aħħar li kien qed jagħmel l-għażla t-tajba. Huwa qal “naf li dan huwa l-iktar jum iswed għall-ġenituri ta’ Charlie, u qalbi toħroġ għalihom. Nittama li biż-żmien jifhmu li huwa fl-aħjar interess ta’ Charlie li jaċċettaw li jħalluħ iħalli din id-dinja fi-paċi, u mhux iħalluh ibgħati u jsofri aktar”.
Charlie twieled fl-4 t’Awwissu u għandu marda rari li tissejjaħ mitochondrial depletion syndrome. Din taffetwa l-ammont ta’ enerġija fiċ-ċelloli umani u twassal biex il-muskoli jkunu jgħajfa.
Il-ġenituri ta’ Charlie sostnew li riedu jipprovdu opportunità lill-Charlie jesperjenza l-ħajja. Fil-Qorti l-missier kien kommoss ħafna u meta tħabbret id-deċiżjoni, għajjat “le”, u flimkien ma’ omm it-tifel infexxew jibku.
L-ogħla Qorti Ingliża però iddeċidiet; tobba jistgħu ineħħu l-life support lil tarbija li għandha kundizzjoni ġenetika rari, anke jekk il-ġenituri ma jaqblux.
Il-ġenituri mistennija jappellaw.