Charlie Gard, it-tifel ta’ 11-il xahar li kien f’nofs battalja legali dwar it-trattament, tilef ħajtu, dan skont kelliem għall-familja li kkonferma din l-aħbar.
Hu ntbgħat f’ospizzju wara deċiżjoni li ħadet il-Qorti Suprema l-Ħamis li għadda, dan wara li l-ġenituri daħlu lill-isptar il-Qorti għax riedu li Charlie jqatta’ l-aħħar jiem ta’ ħajtu magħhom fid-dar.