Charlie Borg ta’ 67 sena huwa r-raġel li tilef ħajtu b’mod traġiku l-bieraħ filgħaxija fil-Gudja. Huwa mifhum li Borg flimkien ma’ martu kien għadu kif wasal minn btala mir-Renju Unit.
Borg kien attiv ħafna fl-Għaqda Mużikali Imperial fil-Mellieħa.
L-inċident seħħ fi Triq Bir Miftuħ ftit metri biss ‘il bogħod mill-entratura tal-mitjar Malti.
Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 37 sena minn Ħal Qormi.
Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Dwar dan il-każ inħatret inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija qed jitmexxew mill-Pulizija tal-ajruport.
http://www.one.com.mt/2019/12/28/malti-jmut-bdaqqa-ta-0karozza-fit-triq-tal-ajruport-fil-gudja/