Charles Michel, il-President tal-Kunsill Ewropew, qed jaffaċċja ħafna kritika wara li mar lura minn deċiżjoni li kien ħabbar – dik li joħroġ bħala kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Din il-u-turn qed titqies bħala waħda umiljanti.
Michel abbanduna l-pjanijiet tiegħu wara li ħarġet l-aħbar li Viktor Orban, il-Prim Ministru tal-Ungerija meqjus kontroversjali, kien mistenni jilħaq minfloku f’kariga meqjusa bħala waħda mill-ogħla fl-Ewropa.