Charles Mangion huwa ċ-Chairman il-ġdid tal-linja nazzjonali tal-ajru.
Mangion, nutar b’esperjenza twila fil-ħajja pubblika, serva wkoll bħala Chairman tal-Enemalta u nħatar mill-Gvern li ħabbar il-bord tad-diretturi l-ġdid tal-kumpanija nazzjonali tal-ajru.
Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi, irringrazzja lil Maria Micallef li mexxiet lill-kumpanija fl-aħħar snin u qal li Micallef ipprovdiet tmexxija importanti fi żminijiet diffiċli biex issa hemm il-bażi biex il-linja nazzjonali tal-ajru tgħix fi żmien kompettitiv.
Ray Sladden se jkun Deputat Chairman bil-membri l-oħra tal-bord se jkunu Joseph Gasan, Katrina Borg Cardona, Jonathan Scerri, Tania Brown, Alex Sciberras u Rita Sammut. Andre Borg huwa s-Segretarju tal-bord.
Il-Ministru Konrad Mizzi qal li jħares ‘il quddiem biex jaħdem mal-bord tad-diretturi fil-fażi li jmiss ta’ trasformazzjoni fl-Air Malta.