Is-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc kiseb il-Pole Position għal GP tal-Azerbaijan ta’ għada. Waqt il-provi tal-lum, Le Clerc kellu ħin ta’ 1.42.865. Huwa kien segwit miż-żewġ sewwieqa ta’ Red Bull Sergio Perez u Max Verstappen.
Fir-raba’ post se jibda s-sewwieq is-sewwieq l-ieħor ta’ Ferrari Carlos Sainz.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Isegwu fl-ordni: George Russell (Mercedes), Pierre Gasly (Alpha Tauri), Lewis Hamilton (Mercedes), Yuki Tsunoda (Alpha Tauri) u Sebastian Vettel (Aston Martin)