Charles Deguara llum ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Awditur Ġenerali, filwaqt li Noel Camilleri ħa l-ġurmanet bħala Deputat Awditur Ġenerali.
Dan wara li l-Parlament l-Erbgħa filgħaxija approva b’vot ta’ żewġ terzi dawn iż-żewġ ħatriet għal terminu ieħor.
Għal dan il-ġurament tal-ħatra, li sar fil-Palazz tal-President ta’ Sant’Anton, fost l-oħrajn kien hemm preżenti l-President ta’ Malta George Vella, il-Prim Ministru Robert Abela, l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.