Charlie Aquilina huwa iċ-ċampjin il-ġdid tad-dinja fil-kategorija veterana meta fil-Ġibilta fil-finali għeleb lil Sheen tal-Belġju 2-1.
Fil-gruppi rebaħ 3 logħbiet min tlieta u avvanza għall-aħħar 32. Huwa rebaħ lil Mendez ta’ Spanja 5-0 sabiex għadda għall-aħħar 16 fejn huwa rebah lil Field tal-Ġibilta 6-1.
Fil-kwarti tal finali rebaħ lil Dean tal -Ġibilta 2-1 u fis-semi finali rebah lit-Taljan Calonico 3-2.
Ir-rebħa fil-finali waslet kontra Sheen tal-Belġju bil-punteġġ ta’ 2-1.