Chantelle Chetcuti l-omm ta’ żewġt itfal li nqatlet b’daqqiet ta’ sikkina, kienet deskritta minn familtha bħala “omm tajba” u “mara b’saħħitha” li rrifjutat li tibqa’ f’relazzjoni li ma kinitx b’saħħitha.
Hija mietet tard it-Tnejn filgħaxija, wara l-Ħadd filgħaxija hija qalgħet ħames daqqiet ta’ sikkna f’rasha u għonqha.
Zijuha, Ray Sacco stqarr ma’ wħud mill-mezzi tax-xandir li n-neputija tiegħu: “Kienet dejjem bi tbissima u dejjem tidħaq, omm ta’ żewġ anġli u mara b’saħħitha li ma riditx tibqa’ f’relazzjoni li ma kinitx b’saħħitha.“Sacco sostna li l-eks sieħeb ta’ Chantelle baqa’ jiġri warajha.
Hu stqarr li r-relazzjoni ta’ bejn il-koppja spiċċat reċentement.
Justin Borg l-eks sieħeb ta’ Chantelle lbieraħ wieġeb mhux ħati wara li tressaq il-Qorti akkużat fost oħrajn bil-qtil ta’ Chantelle.
Dan wara l-Ħadd filgħaxija ta’ ruħu b’idejh lill-Pulizija waqt li kien għadu liebes ħwejjeġ li kienu mimlijin bid-demm u fil-pussess tiegħu kellu d-droga.
Aqra wkoll:
http://www.one.com.mt/2020/02/05/chantelle-se-tinghata-l-ahhar-tislima-nhar-is-sibt-li-gej-2/
http://www.one.com.mt/2020/02/04/aggornat-borg-jinzamm-arrestat-wara-li-wiegeb-mhux-hati-li-qatel-lil-chantelle/