Chantelle Gauci ta’ 38 sena minn San Ġiljan ġiet identifikata bħala l-vittma li tilfet ħajjitha f’inċident sfortunat li seħħ il-Ħamis waranofsinhar f’San Ġiljan.
Hi ntlaqtet mill-karozza tagħha stess għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ filgħaxija fi Triq Birkirkara, San Ġiljan.
ONE News irrapporta kif il-vittma, li kellha lil bintha ta’ sitt snin fil-karozza, aktarx kienet qed tipprova twaqqaf il-karozza milli timxilha wara allegatament ma tellgħetx il-handbrake sew qabel ħarġet minnha. Il-parti tat-triq fejn seħħ l-aċċident qegħda għan-niżla.
AQRA AKTAR: