Illejla, telgħu l-gruppi tal-UEFA Champions League, fejn se tkun kompetizzjoni f’partiti ferm interessanti.
Dan hekk kif Grupp A, hemm repetizzjoni tal-finali tal-1999, dan hekk kif fl-istess grupp ġew Manchester United ma’ Bayern Munich. F’dan il-grupp hemm ukoll Copenhagen u Galatasaray.
F’Grupp B ġew it-timijiet ta’ Sevilla – l-aħħar rebbieħa tal-UEFA Europa League u magħhom hemm Arsenal, PSV u Lens.
F’Grupp Ċ hemm iċ-champions Taljani, Napoli li ġew mal-klabb Spanjol ta’ Real Madrid. Magħhom fil-grupp hemm Braga u Union Berlin.
F’Grupp D hemm it-tim Taljan ta’ Inter, li fl-istaġun li għadda waslu sal-finali ta’ din il-kompetizzjoni. Magħhom hemm it-timijiet ta’ Benfica, RB Salzburg u Real Sociedad.
F’Grupp E hemm Feyenoord, Atletico Madric, Lazio u Celtic.
Grupp F huwa meqjus bħala l-grupp tal-mewt. Dan hekk kif ġew it-timijiet ta’ PSG, Borussia Dortmund, AC Milan u Newscastle United.
F’Grupp G hemm it-tim Ingliż ta’ Manchester City, li fl-istaġun li għadda rebħu din il-kompetizzjoni. Magħhom hemm it-timijiet ta’ RB Leipzig, Red Star Belgrade, Young Boys.
F’Grupp H hemm it-timijiet ta’ Barcelona, Porto, Shaktar Donetsk u Antwerp.
Il-logħob f’din il-kompetizzjoni se jibdew fid-19 ta’ Settembru li ġej, bil-finali se tintlagħab fl-1 ta’ Ġunju tas-sena d-dieħla, f’Wembley, Londra.