William Wait se jinħatar chairman mhux eżekuttiv tal-Malta Enterprise. Dan wara li għal dawn l-aħħar snin kien deputat chairman ta’ Mario Vella, li kien nominat għal gvernatur tal-Bank Ċentrali.
Wait għandu esperjenza kbira fis-settur tal-intrapriża wara li għal snin twal kien direttur u deputa kap eżekuttiv tal-kumpanija internazzjonali Toly.
Kien ukoll rappreżentant tal-Kamra tal-Kummerċ u għal dawn l-aħħar snin kien chairman tal-Water Services Corporation. Kariga li issa se jkun qed iħalli. Minfloku se jinħatar Mario Zammit. Wait huwa wkoll chairman eżekuttiv ta’ Projects Malta.