L-isptar t’Għawdex se jidħol għal akkreditazzjoni magħrufa bħala JCI, Joint Commission International, li meta tinkiseb se tpoġġi l-istess sptar fil-klassifika tal-‘Premier league’ tal-isptarijiet madwar id-dinja.
Dan it-timbru ta’ kwalità u fost l-aktar timbri ta’ kwalità magħrufa u rrispettati fis-settur tas-saħħa. Il-JCI li ilha sa mill-elf disgha mija erbgha u desghin tispezzjona u tiċċertifika sptarijiet f’aktar minn disghin pajjiż madwar id-dinja.
Il-JCI għandha fi ħdana għadd ta’ konsulenti li ġejjin minn kull qasam tas-saħħa u li dawn bejniethom għandhom il-kredenzjali kollha biex jiċċertifikaw jekk sptar għandux jingħata t-timbru ta’ kwalità, f’dan il-każ, it-timbru tagħhom ta’ akkreditazzjoni u li jiċċertifika li l-isptar laħaq il-livelli ta’ standards rikjesti minnhom.
S’issa qatt ma kellna sptar f’Malta li ġab din l-akkreditazzjoni u hu l-pjan tal-gvern li l-isptar t’Għawdex ikun l-ewwel sptar fil-gżejjer Maltin li jġib din il-marka ta’ kwalità.
Marka li finalment se jgawdu minnha l-pazjenti kollha, kemm Maltin u kemm barranin u kif ukoll l-istaff kollu li jaħdmu fl-istess sptar t’Għawdex.
Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne kien ikkwotat jgħid mill-gazzetta KullĦadd li dan se jkun pass importanti ħafna li se jikkumplimenta mal-fatt li Malta qed timmira li tiġbed it-turiżmu mediku lejn pajjiżna.”
Fearne żied li dawn il-kumpanijji, speċjalment kumpanijji tal-assikurazzjoni amerikani, jeżiġu li l-isptar fejn ikun se jintbgħat il-pazjent tagħhom ikun sptar li jrid ikollu akkreditazzjoni mill-JCI.