- Il-ġurnalizmu ta’ Joe Mikallef “jagħmel ferm aktar ħsara milli ġid”
Nhar il-Ħadd ivvinta li mart il-Prim Ministru, Michelle Muscat, saret deputy chief of staff tal-Prim Ministru.
Saħansitra Mikallef lanqas indenja jivverifika l-fatti mas-Sindku tar-Rabat, Għawdex, Samuel Azzopardi, li wkoll kien preżenti fil-Botswana. Seta’ staqsa lilu jekk kienx minnu li f’dan l-avveniment Michelle Muscat kinetx qed tassisti lil Prim Ministru f’din il-kariga meta prezenti kien hemm Mark Farrugia li xogħlu huwa deputy chief of staff tal-Prim Ministru.
Pero’ din la hi tal-ewwel u x’aktarx lanqas se tkun tal-aħħar.
Joe Mikallef tan-Nazzjon ilu s-snin jippretendi li huwa xi investigatur kbir, jonfoħ l-istejjer u jżid kummenti partiġjani ma’ dak li jikteb.
L-aħħar ċertifikat li ngħata kien fil-Qorti mill-Maġistrat Francesco Depasquale fil- 11 ta’ Lulju li għadda. Dan wara artiklu li kien ippubblika u ivvinta dwar iċ-chief of staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, b’rabta ma’ persuna maħruba li nzerta li jiġi kuġin tal-istess Schembri.
Dakinhar fis-sentenza tal-Maġistrat Depasquale l-ġurnalizmu ta’ Mikallef kien deskrtit hekk:
“Din il-Qorti ma tistax ma tirrepetix li tali tip ta’ ġurnalizmu jagħmel ferm aktar ħsara milli ġid lill- ġurnalizmu in generali u lir-rispett li l-mezzi tax-xandir jistħoqqilhom stante illi l-artikolu m’huwiex ibbażat prinċipalment fuq it-tfittxija tal-verità u tax-xandir tal-fatti lill-qarreja. Iżda huwa bbazat fuq l-intenzjoni, da’ parte ta’ l-artikolist, illi jagħmel ħsara lill Keith Schembri, ii huwa meqjus bhala avversarju politiku għall-Partit Nazzjonalista, li tiegħu l-gazzetta ‘In-Nazzjon’ hija l- gazzetta uffiċjali, bil-għan li ssir ħsara lill-gvern tal-ġurnata.”
Dan ma kienx l-uniku każ li Mikallef tilef fil-Qorti bl-għeruq u x-xniexel. Dejjem minħabba l-esaġerazzjonijiet tiegħu li llum saru t-trademark tal-gazzetti tal-Partit Nazzjonalsita.
Lura fis-sin qabbel lil Alfred Sant, eks Prim Ministru, ma’ Hitler. Meta prova jiddefendi ruħu l-eks Imħallef Michael Malli qal li “Il-Qorti m’għandhiex għalfejn tisma’ opinjonijiet ta’ esperti u ambaxxaturi biex jgħidulha x’fehmu b’dik il-karikatura… Ma hemmx dubju ili l-ewwel impressjoni li l-karikatura tagħti, hija l-identifikazzjoni tal-personaġġ ma’ Adolf Hitler u ghalhekk il-Qorti jidhrilha illi dana huwa difamatorju fil-konfront ta’ l-attur (Alfred Sant)”
Dakinhar kien ħa għalih bis-sentenza u appellaha biex hem ukoll ma ġabiex żewġ. L-istess kif ġralu f’biżibilju ta’ każi oħra għax il-ġurnaliżmu investigattiv f’biddlu f’eżerċizzju kreattiv.