Raġel akkużat li ħataf lill-mara tiegħu, abbużaha u żamma maqfula f’kamra fil-blat baqa’ miżmum taħt arrest preventiv. Il-Qorti semgħet ukoll kif ċertifikat maħruġ mit-tabib Stephen Spiter, ġie ddikjarat invalidu mill-Maġistrat.
Roddy Williams ta’ 37 sena mis-Seychelles allegatament żamm lill-martu kontra r-rieda tagħha fid-dlam, abbandunata f’kamra mħaffra fil-blat fil-Kalkara.
Il-vittma Natalie Williams hi mistennija tiġi eżaminata minn psikjatra t-Tlieta. L-appuntament kien mistenni li jsir f’Novembru, iżda l-Qorti semgħet li għalkemm kien hemm tentattivi sabiex jiffissaw appuntament qabel, dan ma nrexxiex.
Ċertifikat mediku, maħruġ mit-tabib Stephen Spiteri, li ddikjara li l-vittma ssofri minn attakki tal-ansjeta u kien għalekk li ma setgħetx tixhed ġie ddikjarat mhux validu mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit. Dan għaliex, spjegat il-Maġistrat, tabib ma jistax jevalwa l-istat psikjatriku tal-vittma.
Il-Maġistrat żiedet billi qalet li kollox kien lest biex il-vittma tixhed it-Tnejn permezz ta’ video conference, iżda li l-prosekuzzjoni ma ġiet innotifikata dwar dan.
L-avukat tad-difiża Franco Debono li qed jidher għal Roddy Williams irrimarka li l-klijent tiegħu ilu f’ċella mill-1 ta’ Novembru.
Fil-Qorti ntqal li Natalie Williams mistennija tixhed aktar tard il-ġimgħa d-dieħla, dejjem jekk tiġi meqjusa f’saħħa tajba minn psikjatra.